The owner of this guestbook has (temporarily) disabled adding new messages.
Message:

1:24pm 17-08-2009
Jonathan Cini
Gejt infurmat li hemm id-dvds tal-festa ghall-bejgh. Dawn jistghu jinkisbu mill-kazin. Grazzi.
9:09pm 14-08-2009
Xylon il cami
prosit redss festa mil lisbah marc mil likbar
6:33pm 05-08-2009
keith id dindy
proset tal festa addit reds bdw iritratti meta ha jintefaw? 10q
-----------------------------
Roderick: ghad ma ghandix ir-ritratti. Kif jtuwomli nitfahhom.
11:16am 30-07-2009
Jonathan Cini
Naturalment rigward l-armar tal-knisja ma nistghux ninsew lil dawk li taw daqqa t'id fejn jidhol hasil, tindif, xoghol mid-dar, ushers fil-knisja tul il-festa, persuni ohra fostom nies mimlija bl-ghomor li jghinu fil-preparazzjoni tal-quddiesa, kleru, kor, abbatini, kpp, gruppi ohra fil-parrocca, preparazzjoni u distributuri tal-fuljett, fundraisers, ecc ecc. Dan xoghol ukoll. Qed issir hafna preparazzjoni u xoghol li ma jidhirx u sfortunatament dan mhux qieghed ikun maghruf. Altru minn grupp ta' ftit nies, fil-fatt il-festa tkun ippreparata minn ammont ferm u ferm ikbar ta' volontiera.
1:19am 29-07-2009
Omar Vella
Rodrick nixtieq inkun naf ghalfejn il messag tieghi ma hallejthux jidher il messag la kien fih kliem hazin u lanqas anonimu voldieri ma nistax nifhem ghala!!!
---------
Roderick: Omar nista nassigurak li ma ghandix messages ohrajn bl-isem ta' Omar Vella. Jekk ktibt xi messag jew ktibtu taht isem iehor jew inkella ma wasalx biex mhux jider hemm. Filkas erga ibghatu taht ismek. Grazzi
1:34pm 28-07-2009
Bro Deo Debono OSA
Meta nies minn barra r-rahal jidhlu f dawn il guest books, ma nahsibx li jsibu messaggi li jhajjruhom jigu l Kalkara fil-festa...sakemm ma jkun xi hadd li jixtieq il-glied u bhali tafu li l-Kalkarizi ma jridu l-ebda tip ta glied. Il-kompetizzjoni hija sabiha ghax nimxu l quddiem izda mhux bil-botti u t-tghajjir! Fil-Kalkara u fl-ebda rahal jew belt ohra f'Malta ma hemm kazin ahjar minn iehor. Kull kazin ghandu storja tieghu u kull kazin kellu zmien meta hadem u kiber u ghamel salt progetti u kien hemm zmien meta dak l-istess kazin jerga jaqa xi ftit lura. Dan mhux kliem gdid li qed nghid u inthom li inthom zewg dilettanti kbar ( nirreferi ghal jonathan u melvin) tafu dan kollu li qed nghid! Ahna l-Kalkarizi ma nistghux nibqghu naqbdu ma xulxin. Halli fil-festa nghidu l xulxin li ahna ghandna progetti godda u l-kazin l-iehor le, u halli nghidu ahna ghandna aktar briju u l-kazin l-iehor le u halli nghidu ahna ghandna aktar nar u l-kazin l-iehor le, imma come on...l-ghan ewlieni taghna ghandu jkun li l-Kalkara tidher isbah minn qatt qabel u li l-festa tkun isbah minn qabel. Jew ha nahdmu flimkien jew ha neqirdu lil xulxin.
Jien fil-festa ta din is-sena hadt pjacir hafna u nghid il-verita dis-sena kont ferhan ghax kemm barra u kemm gewwa l knisja kollox mexa harir u l quddiem! konna ilna snin ma jkollna festa shiha hekk. Fuq nota ohra, hemm certi affarijiet li nahseb li setghu kienu ahjar. Huwa veru li l-kazin t'isfel dan l-ahhar kkalma hafna fuq l-armar, jew ghallinqas jidher hekk. F'dawn l-ahhar snin, bl-injoranza tieghi, naf li l-kazin t'isfel ghamlu ristrutturar fil-mahzen, bnadar max-xatt kollu, pavaljun hdejn dar il-wens, restawr tal-vara tal-holma, restawr ta trofej u bidu tal progett tal-plancier. Mhumiex xejn...kazini ohra lanqas jaghmlu nofshom f aktar snin. Il-kazin ta' fuq zgur li kien hafna aktar attiv fejn jidhol armar u dan hadd ma jista jmerih. Il-kazin ta' fuq hadmu fud li hadmu u haqqhom prosit fuq hekk. Min naha l-ohra jien irrabjajt ftit fuq certi atitutdnijiet waqt xi marcijiet. Hadt pjacir li s-segretarju tal-kazin t'isfel sikket lill partitarji taghhom waqt li s-sagra familja kienet fil-pjazza quddiem il-knisja. Sikkithom quddiemi u smajtu b'widnejja jghidilhom: 'isktu ghax illum il-festa taghhom. Ghada jkun imiss lilna'. Izda nammetti li ddispjacieni li l-ghada s-Sibt meta l-marc wasal fuq, hadd mill kumitat tal-kazin ta fuq ma sikket lill partitarji taghhom, tant li anke kliem hazin intqal u kien hemm min anke kliem hazin b'san guzepp li suppost ghal giehu qed naghmlu din il-festa! Ma nafx min kien, ghax nghid il-verita harist lejn xi nies li s-soltu jkunu l percimens izda ma kienux huma. Lill-iskadut, li xi darba nixtieq inkunnaf x jismu verament ghax il-laqam tieghu ma tantx jghogobni, ghamel l-istorbju tas-soltu (tahsbu gej xi air raid) u wkoll naf li dejjaq lil hafna nies. Nahseb din il-bicca hemm bzonn tigi naqra aktar organizzata. Bqija, xtaqt nghid prosit liz-zewg kazini fuq in-nar. Il-Gimgha kellna spettaklu sabih hafna, anke fejn jidhol in-nar ta' l-art u l-kazin t'isfel kellu harqa sabiha wkoll u kollha nixhdu li ghallinqas fejn jidhol in-nar ta' l-art il-kazin t'isfel ukoll hadem biex mexa l quddiem.
Qabel nghalaq..prosit kbira u grazzi kbira lill kappillan, il-kor u lil EVAN, MARIO, GODFREY, JOE DARMANIN u JOE ZAMMIT u PAUL BONGAILAS li armaw il-knisja b'dedikazzjoni kbira, bl-ghajnuna tal-familji taghhom u anke bl-ghajnuna ta nies li jhobbu l-Kalkara u l San Guzepp bhal Brian u Etienne Zahra li hadmu vera b'ghaqda din is-sena. Din is-sena l-knisja hadet xejra ohra, xejra li kienet holma izda dawn in-nies ghamluha realta! prosit hafna! issa nibdew inlestui ghal sena ohra....bil-mod il-mod, kollox naghmlu!
9:46am 21-07-2009
Jonathan Cini
Melvin, nahseb li stajt tonqos milli tuza aggettivi bhal dawk fil-konfront tal-pittur li qed jisfumalkom ix-xoghol. Il-problema taghkom hi l-problema ta' kulhadd. Ghax sett pavaljuni thitu veru, imma meta tlestih kollox. U hemm hafna trufijiet. L-ahjar ftit, tajjeb u lest. Jiena nahseb li fir-rendikont tal-hidma tal-armar ghandha tinzamm certa kawtela ghax nahseb li t-ton tal-kitba kien wiehed ottimistiku zzejjed li holoq stennija bla bzonn, biex imbaghad inhasset xi ftit jew wisq dizilluzjoni. Li tajtu spinta fl-armar, u iktar minn haddiehor, dak hu fatt li ma jmerih hadd. Hemm lista twila ta' x'ghamiltu u li sar tajjeb, fosthom standard, bandista gdida, plancier, kolonna, bandalori Gimgha l-Kbira, ecc.ecc. Ghalhekk tajjeb li l-kritika tittiehed bhala kostruttiva u ma jigri xejn billi wiehed juri anke awtokritika ha jitghallem min-nuqqasijiet tieghek u tieghi. Fuq attendenza ghall-kuncerti dik ma nistax inwiegbek ghax mhix fil-kompitu tieghi.
8:57pm 14-07-2009
Roderick Mizzi
Melvin, l-uniku messaggi li qatt ma ntwerew kienu messaggi bi kliem offiz jew inkella messaggi minn persuni li bezaw jiktbu isimhom.

Ma nistax nifhem ghal liema messaggi irreferejt fl-email li ma acettajtx minn-"nies taghkom". Kull messagg li intbghat ghadu ghandi ghalkhem mhux jider u nista nassigurak li kull messag li gie imblukkat jew kien fih kliem offiz jew inkella min kitbu beza jikteb ismu.Kull messag iehor gie ippublikat.

Roderick Mizzi
8:10pm 14-07-2009
Melvin Calleja
Nixtieq nirispondi biss lis-Sur Jonathan Cini. Li id-drapp ghadu minghajr pinzellata sfumar mhux tort tas-Socjeta' taghna, izda b' wicci min quddiem nghid li hu tort u bit-traskuragni tal-pittur David Borg. Dak id-drapp ilu ghandu min wara l-Festa tas-sena l-ohra u bl-ghass li ghandu David Borg baqgha m' ghamel xejn. U nerga' nghid b' wicci min quddiem sabiex nitfa dell ikrah fuq is-Sur Borg ghax minhabba it-traskuragni tieghu waqqa lilna lura. M' ghandna l' ebda diffikulta nkomplu l-isfumar, serrah rasek Sur Cini.

Pinzellata sfumar ma' kellniex, izda it-tkomplija tal-kolonna f' xoghol ta' skultura u l-isbah kancell gewwa Malta kellna. Is-sena d-diehla jkun hemm iktar, u kif qed nitkellem fuq il-kolonna nirringrazzjak tad-donazzjoni li taghjtna sena ilu ghal dan il-progett, ghax fix-xoghol ta' skultura hemm parti mid-donazzjoni tieghek ukoll. Tkomplija ta' xoghol fuq il-plancier kien hemm u kif ukoll. Hasra li l-membri tal-Kumitat taghkom li kienu mistiedna ghall-kuncert gew fl-ahhar hin ghar-riceviment biss u forsi ma' setghux jaraw ix-xoghol li sar. Gie inawgurat ukoll standard gdid. Nar tal-art u nar tal-ajru kulhadd kelma wahda, nies min taghkom stess qalu. Xoghol fuq liedna ukoll.

Nispera li tghajtek risposta Sur Cini u nispera li thalli dan il-mesagg hawn Roderick ghax ma' fih l' ebda offiza.

Grazzi u sahha l-kulhadd.
3:13pm 14-07-2009
Paul Borg
Hbieb tieghi Kalkarizi,

Ghaddiet festa ohra u urejna kif wiehed ghandu jiccelebra minghajr ma joffendi jew iddejjeq lill hadd iehor anke meta jigi provokat kif setgha kien il-kaz din is-sena izda il-partitarji tas socjeta taghna urew maturita kbira.
Naghlaq dan il-messagg biex nirringrazzja lil Roderick Mizzi ghad dedikazzjoni li juri sabiex izomm din il -website updated u nitolbu jitfa ir-ritratti tal festa ta' din is-sena.
Niextieq ukoll nirringrazzja lill membri kollha tal-Kumitat ghad-dedikazzjoni li u sagrifiicji li ghamlu matul is-sena kollha sabiex rega' kellna festa BOMBA ghal darb'ohra.
J'Alla il-bambin izomm Idejh fuq kull wiehed u wahda minna halli sen'ohra jerga jkollna festa, possibilment aqwa minn ta din is-sena.

Inselli ghalikhom kollha hbieb tieghi Kalkarizi.

Viva il Magnus, Viva Malta rebbieha.

Paul Borg
11:35am 14-07-2009
Jonathan Cini
Proset lill-Kumitat tas-Socjeta ghall-festa li ghadha kemm ghaddiet. Festa sabiha, kwieta imma fl-istess hin wahda ta' celebrazzjoni tul gimgha shiha. Jalla l-festa tas-sena d-diehla tkun ippreparata ahjar u jkun hemm iktar affarijiet innovattivi u godda, specjalment fl-armar, ghax hlief ir-restawr kbir tat-trofej, xi xoghol fil-plancier u bnadar godda fost ohrajn, din is-sena ma kien hemm kwazi xejn gdid. Dan mhuwiex gustifikat. Basta fl-istess hin ma naqghux fl-izball li sar minn hutna l-ohrajn fejn qed titfacca d-diffikulta biex jitkomplew u jitlestew il-hafna trufijiet mibdija specjalment fid-drapp li diga ghadda hames snin minn fuqu u ghadu minghajr pinzellata sfumar.
7:29am 06-07-2009
Jonathan Cini
Nixtieq nghid proset lill-bord editorjali tal-ktieb tas-Socjeta' ghall-ktieb li nhareg din is-sena. Nahseb taqblu mieghi li kulhadd jista jinnota l-qabza kbira ghall-ahjar fil-prezentazzjoni kif ukoll zieda sinjifikanti fil-pagni tal-kulur. Dan hu mertu tal-hidma, xoghol kbir, u sagrificcji li hadu l-edituri biex jingabru l-materjal u l-ispejjez kollha.
Bla dubju l-ghazla tal-istamperija Bestprint kompliet tissigilla l-kwalita ta' din il-pubblikazzjoni, ghax minbarra li ghadha kif installat printers sofistikati u minn ta' l-ahhar teknologija, ghandha esperjenza kbira f'dan ix-xoghol ghall-festi Maltin u Ghawdxin.
Proset mill-gdid, u nappella lil min ghandu jew se jkollu kopja ta' din il-ktieb sabiex ma jehlisx minnu wara l-festa, imma jibqa jzommu ghas-snin li gejjin.
7:54am 02-07-2009
Jonathan Cini
Niehu din l-okkazjoni sabiex nawgura l-festa t-tajba lill-Kalkarizi kollha, specjalment lill-membri ta' l-Ghaqda Muzikali San Guzepp u l-familji kollha taghhom.
Viva San Guzepp
Viva Malta Rebbieha
3:47pm 01-07-2009
anna maria
aw hbieb nispera li kullhadd bumba hehe daqt il festa ejja ha nicelbraw u infahru lil malta tanta ax dik lis sbah fost il festi kollha sena ohra u zgur li festa ta din is sena se tkun isbah min ta sena li qaddet ax tal malta dejjem kull sena tisbih nawgura il festa tajba li kullhad specjalment lil tal malta xp viva il malta u san guzepp narakom hudu hsieb sal festa hali zgur inkun nistu infahru lil malta tana xp
2:00pm 28-06-2009
analise
hello hbieb. kif intom?nispera li tinsabu tajbin.Reget Waslet festa Ohra...Aqwa Minna Mhux Haj Jkun hawn Fil kalkara zgur mhux forsi. din is-sena l-ikbar dispjacir l-ghandi li mhux se nkun maghkom is-sibt.insomma jiena kont ghandi u nibqa mal-malta l-ghax hija l-aqwa fil-kalkara u bhal ma nghidu dejjem:kollha kemm ahna kburin bik fil-kalkara imma inti l-isbah ghaliex bhalek ma sib qadt
come on red 7 days ohra u nergu tatu tkaxkira lil ta kontrina
viva il- malta u san guzepp
Messages: 76 until 90 of 131.
Number of pages: 9
Newer3 4 5 [6] 7 8 9Older